Fl-okkażjoni tal-kanonizzazzjoni ta’ Pier Giorgio Frassati, Pubblikazzjoni Preca ippubblikat, bil-lingwa maltija, il-ktieb mis-serje tal-Editrice Velar Pier Giorgio Frassati – Un giovane secondo il Vangelo.
Dan il-ktieb ilaqqagħna ma’ żagħżugħ li twieled f’Turin fl-1901 f’familja mill-Piemonte. Huwa kien żagħżugħ kuraġġuż u ferrieħi li ħalla l-Evanġelju jiffurmah u jagħmlu qaddis.
F’din il-bijografija wieħed jieħdu idea taċ-ċirkustanzi storiċi li fihom għex, l-istil ta’ ħajja tiegħu, it-tagħlim li ffurmah u fuq kollox id-deċiżjonijiet kuraġġużi li għamel f’ħajtu u l-effett li ħallew fuqu u fuq dawk ta’ madwaru.
Pier Giorgio Frassati ġie ddikjarat qaddis mill-Papa Ljun XIV nhar il-Ħadd 7 ta’ Settembru 2025.
Dan il-ktieb jinsab għall-bejgħ minn Librerija Preca.


