Il-ktieb A Prayer Journal jesponi t-talb u r-riflessjonijiet privati tal-awtriċi Flannery O’Connor. Hija kitbet dan il-ktieb waqt li kienet qed tistudja fl-Iowa Writers’ Workshop fl-ewwel snin tal-għoxrinijiet tagħha. F’dan il-ġurnal, hija titlob lil Alla biex jgħinha tikber fil-fidi u biex ssir awtriċi tajba. Kienet ix-xewqa tagħha li permezz tal-kitba mhux biss tagħmel suċċess, iżda fuq kollox li tkun qed isservi lil Alla. Kliemha huwa sempliċi iżda qawwi, u juri sentimenti profondi u onesti. O’Connor turi b’mod apert it-taqbid tagħha mal-kburija, id-dubju u d-dgħufija tagħha. Hija tesprimi x-xewqa li trid tafda aktar lil Alla u ssegwi l-pjan tiegħu għal ħajjitha. Għalkemm il-ġurnal huwa qasir, dan jesponi b’mod qawwi l-ħajja interna u spiritwali tagħha. Dan il-ktieb huwa ta’ għajnuna għal dawk li jridu jifhmu l-messaġġi spiritwali li jinsabu fl-istejjer tagħha. Fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa ktieb ta’ ispirazzjoni dwar it-talb, l-iskop tal-ħajja u t-twemmin f’Alla.
Dan il-ġurnal tat-talb ġie ppubblikat bil-Malti minn Preca Publications taħt it-titlu Djarju ta’ Talb, u jinsab għall-bejgħ minn Librerija Preca.