Il-ktieb Bla Sold u Bla Qorq huwa kitba bil-malti ta’ Patri Dijonisju Mintoff OFM, ippubblikat minn Publikazzjoni Preca fl-okkażjoni tat-800 sena mill-mewt ta’ San Franġisk ta’ Assisi. Din il-kitba ġiet maħsuba bl-iskop li kull ġurnata tas-sena jkun fiha xena mill-ħajja ta’ San Franġisk jew tal-Familja Franġiskana.
Fuq l-eżempju ta’ San Franġisk ta’ Assisi, kull nisrani għandu jsir dejjem aktar mezz ta’ paċi fost ħutu l-bnedmin. Din il-paċi, li tiġi mill-qalb, trid tissarraf f’azzjonijiet ta’ mħabba speċjalment lejn dawk ħutna fil-bżonn.
Tajjeb li, wara li jkun qara l-ġrajja tal-ġurnata, wieħed ifittex iktar dwarha. B’hekk din il-mixja mal-fqajjar ta’ Assisi sservi ta’ inkoraġġiment għall-imitazzjoni tiegħu u ta’ dawk li ħaddnu l-ispiritwalità tiegħu. Jum wara jum, tressaqna lejn Ġesù, il-Maħbub ta’ Franġisku.
Il-ktieb Bla Sold u Bla Qorq jinsab għall-bejgħ minn Librerija Preca.
Qies: 127 × 178 mm
Paġni: 192 bil-kulur
Format: Paperback
ISBN: 978-9918-613-37-3
Kampjun ta’ Bla Sold u Bla Qorq

