Dan huwa ktieb prattiku ħafna, ippublikat minn Pubblikazzjoni Preca u miktub bil-Malti minn Emanuel Curmi, membru tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M..
Huwa ktieb li mgħandux jinqara bil-ħeffa, imma pass pass, bil-mod, billi dduq dak li ssib f’kull paġna. Mill-paġni u l-kliem sabiħ li fih, tgħaddi għat-taħriġ bħalma jagħmlu l-atleti f’ġinnasju, u hekk permezz tat-taħriġ spiritwali, tħalli l-Mulej jittrasformak, ftit ftit. Dan huwa vjaġġ interjuri li jieħu s-snin, tul ħajtek kollha. Allura, taqtax qalbek u żomm sħiħ. Ixxennaq għall-Mulej. Sammar ħarstek fuqu. Ħalli l-Mulej jixlik. Ħalli l-Mulej jibnik. Ħalli l-Mulej jimliek bih. Issieħeb mas-Salmista li jgħanni: “Bħalma għażżiela tixxennaq għan-nixxigħat tal-ilma, hekk tixxennaq ruħi għalik, o Alla. Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj; meta niġi u nara wiċċ Alla?” (Salm 42,2-3).
Biex insiru bħal Alla jinsab għall-bejgħ minn Librerija Preca.

