San Mikiel Arkanġlu, aħna nafu li Satana jobgħodna lilna bnedmin, u li sa mill-bidu nasab biex joqtolna, kif Kristu stess għarrafna fuqu li huwa kien qattiel sa mill-bidu, u li huwa giddieb, u missier il-gidba. U aħna nafu wkoll li inti tħobbna lilna bnedmin, għax wisq drabi inti wrejt il-wiċċ glorjuż tiegħek a favur tagħna, u aħna smajna fuq il-vittorja tiegħek fuq Satana u sħabu: għalhekk lejk nirrikorru biex teħlisna mill-inganni tiegħu, u biex tiddefendina fil-kumbattiment li għandna miegħu sakemm niġu fis-sema, fejn inti nkurunat qiegħed issaltan għal dejjem flimkien ma’ sħabek, imżejjen b’isem li jixhed li inti veru difensur tal-unur u tal-glorja ta’ Alla.
V/. Ikun imbierek l-isem ta’ San Mikiel Arkanġlu.
R/. Mill-mument tal-Vittorja tiegħu sa dejjem ta’ dejjem.
Santissima Trinità, irċievi l-pjagi divini ta’ ħuna Ġesù Kristu, li aħna noffrulek biex nirringrazzjawk denjament għall-benefiċċji kollha li inti għamilt lil San Mikiel Arkanġlu u lil sħabu fidili. Ammen.

