Alla, o Missier, warrab il-ħarsa tiegħek mill-ħażen ta’ din id-dinja,
u itfagħha fuq il-Wiċċ Venerabbli ta’ Kristu s-Salvatur tagħha u tgħaxxaq bih;
u fl-istess ħin la tinsiex li Inti ma kontx tara dan il-Wiċċ li kieku ma kienx id-dnub tad-dinja.
Iva, ħares lejh, u għall-merti bla tarf tiegħu, itfa’, sawwab u roxx mis-Santwarju etern tiegħek fuq id-dinja kollha
n-nida tal-grazzja li Huwa fuq is-Salib immeritalna bis-sfura tal-mewt fuq il-ħaddejn tiegħu.
(Kif ikollok f’idejk ix-xbieha tal-Wiċċ ta’ Kristu, busha b’rikonoxxenza u b’riparazzjoni għall-insulti tal-ħżiena.)