Dnibt, Sinjur, … u l-ħsieb fuq il-Ġustizzja divina tiegħek ksieni bil-biża’ … il-qerda tal-opri ta’ idejk … Ibnek stess maqtul fuq is-salib … u l-mewt li dejjem nistenna fuqi … jagħfsuni biex nibki l-ħtijiet tiegħi … quddiem il- qilla tiegħek.
Mulej ħniena – Mulej ħniena – Mulej ħniena
Lit-Tieni Persuna Divina
Dnibt, Sinjur, iżda l-imħabba u l-ħniena … li ġibduk fostna taħt forma ta’ seftur u li bihom ittrattajt lill-midinbin missirijietna … kollok ħlewwa, … jimlewli qalbi bit-tama tal-maħfra ta’ ħtijieti kollha.
Kristu ħniena – Kristu ħniena – Kristu ħniena
Lit-Tielet Persuna Divina
Dnibt, Sinjur … u nħoss qalbi tinqasam għaċ-ċanfir tal-benfeċċi tiegħek lejja: … jistħoqquli slaleb … flaġelli … mewt u infern għal elf darba … għall-ingratitudni tiegħi … imma għal tjubitek, ma nissaportix li nkun mifrud minnek.
Mulej ħniena – Mulej ħniena – Mulej ħniena