Kien ikanta b’leħen ħelu ta’ tifel żgħir, “Ġesù huwa Alla! Ġesù hu Alla!” lill-Wiċċ Qaddis ta’ Ġesu’, filwaqt li jtaptap ferħan fuq kwadru li kien imdendel fuq is-sodda ċkejkna tiegħu.
Għoxrin sena wara, bħala żagħżugħ, dik il-kantaliena ferħana kienet waqfet. Ħassu ttradut mil-Kristjaneżmu ta’ tfulitu. Mifnija bl-ateiżmu u mniggża b’ħafna xewk imsemmem, il-mużika tal-ħajja dehret li kienet żvinat għall kollox mit-tfajjel ċkejken. Anke t-tama għolja ta ‘l-imħabba ġusta kienet tidher mgħattna; donnha nbelgħet mill-kruha tal-pornografija u l-midja soċjali negattiva. “Gidba! Hija kollha gidba! Jien waħdi! Il-ħajja tispiċċa mal-mewt, u xejn iżjed,” tniegħed ir-raġel imdejjaq bil-weġgħat tiegħu. Madankollu, ħajta taʼ tama ngħatalu b’raġġ ta’ dawl ġej minn ħsieb maqsum. Meta kien qed jistudja l-fiżika, qara li x-xjenzat kbir Lhudi, Albert Einstein, stqarr li kien “imsaħħar mill-figura tiddi tan-Nazzarenu.” Min jaf jekk forsi, ir-relattività tad-dimensjoni umana tagħna u l-Inkarnazzjoni ta’ Ġesù setgħux verament twaħħdu? Min jaf jekk forsi, Ġesù huwa ħaj, għalkemm fid-dimensjoni tagħna ma jideherx!
Bil-patt il-ġdid tal-miġja ta’ Ġesù, in-nies ma għadhomx abbandunati u sospiżi bla saħħa f’post mudlam. Tabilħaqq, fil-ġmiel tal-qdusija, il-ġmiel glorjus tiegħu, il-Mulej irxuxtat iwarrab id-dlamijiet ta’ qalbna u moħħna u jerfgħana miegħu lejn id-dirgħajn miftuħa tal-Abba tieghu.
Il-ħjut kollha tat-tama jgħaddu mill-misteru ta’ Marija, Omm il-Knisja. Mifnija, iżda rebbieħa, il-Knisja tibqa’ żżomm f’wiċċ l-ilma, għajn ta salvazzjoni tal-ħajja f’nofs dan id-disprament eżistenzjali. L-Inkarnazzjoni u l-Qawmien ta’ Ġesù Kristu mhix sempliċiment frott tal-fidi tagħna, hija l-pedament stess tal-Knisja, għad-dinja kollha u għal kull żmien, inkluż it-tmiem tal-moderniżmu.
“Ġesù hu Alla!” Hu, ħuna u salvatur tagħna, huwa l-uniku wieħed li kien, u hu, u jibqa’ għal dejjem ħaġa waħda mal-Missier; permezz tiegħu l-Ispirtu s-Santu qiegħed fostna llum u dejjem. Filwaqt li nissellef il-kliem tat-talba tal-qassis u poeta tas-seklu 19, Gerard Manley Hopkins, li kien jaf x’inhija tbatija kbira u d-dalma tar-ruħ, nistgħu mill-ġdid inkantaw Alleluja ferrieħa: “Ejja nħalluh jgħamel l-Għid fina, ikun bħal żernieq għad-dalma tagħna!”
Mall-Waħdieni qatt ma aħna waħedna. Bil-misteru tas-Salib, m’aħniex waħedna.
Ruth D. Lasserter
Ħabiba tas-Soċjetà
Indiana, l-Istati Uniti