Bis-sena 2026 quddiemna, nibdew l-ewwel jum tas-sena bid-devozzjoni lejn Ommna Marija, li dejjem twassalna lejn Binha Divin, sena wara sena. Hu li ddikjara darba għal dejjem: “Jiena t-Triq, il-Verità u l-Ħajja.”
Marija tistedinna nilbsu lil Kristu, bħal libsa tat-tieġ. Huwa biss meta nkunu mlibbsa sewwa bil-ġustizzja li jkun possibbli għalina nidħlu għall-festa tat-tieġ. Tagħtina gwida ċara bħala membri tas-SDC, kif ukoll Assoċjati, sabiex: “Kullimkien għandu jispikka… billi jagħti eżempju tajjeb bi kliemu, bil-mod kif jilbes u bl-imġiba tiegħu.” B’din il-libsa, fil-festa l-kbira tal-Ħaruf, tidher is-sbuħija tal-qdusija. Din hija s-sbuħija li nitolbu li tingħatalna u li għaliha nintgħażlu; hija akbar minn sempliċi mġiba morali tajba.
L-Indjani Navajo tal-Amerika ta’ Fuq kellhom ritwal formali msejjaħ Hózhó, “it-Triq tas-Sbuħija”. Din it-tradizzjoni kienet maħsuba biex terġa’ ġġib u tħares l-armonija u r-relazzjonijiet mal-ħolqien kollu u mal-popli kollha. “It-Triq tas-Sbuħija” kienet tuża r-ripetizzjoni ta’ talba qasira, “Fis-sbuħija nimxi”, li ssejjaħ is-sbuħija fil-ħsieb, fil-kelma u fl-għemil. Ir-ritwal formali tal-Hózhó kien jitwettaq biex jerġa’ jsaħħaħ u jġedded lill-persuna individwali, kif ukoll lill-tribù kollu, fl-armonija u fl-apprezzament tas-sbuħija fin-natura u tal-ġustizzja fl-azzjoni. Il-barka finali ta’ din iċ-ċerimonja twila tal-Hózhó tintemm b’kant ta’ radd il-ħajr:
In beauty I walk.
With beauty before me I walk;
With beauty behind me I walk;
With beauty below me I walk;
With beauty around me I walk.
It has become Beauty again.
Fit-tradizzjoni Nisranija tagħna, l-innu ta’ San Franġisku ‘Il-Ħlejjaq Kollha ta’ Alla u s-Sultan tagħna’, jappella bl-istess mod għas-sbuħija u r-relazzjoni fil-ħolqien, bħalma huma Ħutna x-Xemx u l-Qamar. Hemm ukoll St Patrick’s Breastplate, innu twil lit-Trinità Qaddisa li jixxennaq għall-milja u l-għaqda ma’ Sidna Ġesù:
Christ be with me
Christ within me
Christ behind me
Christ before me
Christ within me…
Christ above me
Christ below me
Christ in quiet
Christ in danger
Christ in hearts of all that love me
Christ in mouths of friends and strangers.
Fil-bidu ta’ sena ġdida, jalla nibqgħu fl-imħabba u s-sbuħija ta’ Kristu Ġesù, li providenzjalment qed iħejji għalina t-toroq kollha li irridu nimxu fihom. Hekk kif nimxu ’l quddiem flimkien fit-triq tal-qdusija, nistgħu nkantaw dak l-innu tal-Milied Franċiż, “Bring a Torch, Jeanette Isabella”:
Ah! Ah! Que la mère est belle, (Ah! Kemm hi sabiħa l-Omm!)
Ah! Ah! Ah! Que l’Enfant est beau! (Ah! Kemm hi sabiħa t-Tarbija!)
Jalla nimxu is-sena 2026 fis-sbuħija!
Ruth D. Lasseter
Assoċjata
Indiana, l-Istati Uniti


