L-isport, kif nafu, mhuwiex biss attività fiżika jew kompetizzjoni, iżda wkoll skola ta’ ħajja. Il-Papa Franġisku qal li “l-isport jista’ jkun mod ta’ żvilupp uman, ilaqqagħna ma’ oħrajn, jiftaħna għad-djalogu u l-inklużjoni” (Kungress Internazzjonali, organizzat mill-Kunsill Pontifiċju għall-Kultura, 1 ta’ Ġunju 2018). Fl-isport jiġu kkultivati valuri li huma wkoll virtujiet Insara: il-perseveranza, ir-rispett lejn l-oħrajn, l-umiltà, il-ħidma f’tim u l-kontroll fuqna nfusna.
Biex wieħed jipprattika l-isport jeħtieġ dixxiplina, sforz kostanti u r-rieda li wieħed dejjem jaħdem biex itejjeb lilu nnifsu. It-talent mhux biżżejjed: wieħed għandu bżonn jitħarreġ b’ħafna paċenzja u b’fedeltà lejn dan il-proċess. Dawn l-attitudnijiet jiffurmaw fina karattru u jgħinuna wkoll fil-ħajja spiritwali. Kif qal San Ġwanni Pawlu II, l-isport “jista’ jsir mezz effettiv ta’ edukazzjoni fil-valuri umani u nsara” (Ġublew tal-Atleti, 28 ta’ Ottubru, 2000).
Il-Papa Benedittu XVI fakkar li l-esperjenza sportiva tista’ tgħallem “biex wieħed jirrispetta r-regoli, jaċċetta telfa u jaħdem għar-rebħa mingħajr ma jgħaffeġ lill-oħrajn” (Messaġġ indirizzat lill-plejers u lill-organizzaturi tal-Euro 2012). Fl-isport, bħal fil-ħajja Nisranija, l-iktar importanti mhux li tirbaħ, imma li tikber bħala persuna.
Iż-żgħażagħ Insara huma msejħin biex jipprattikaw l-isport bi spirtu differenti: mhux bħala ambjent ta’ rivalità aggressiva, imma bħala opportunità biex nagħtu l-aħjar minna nfusna u nibnu l-fraternità. Fi Christus Vivit, il-Papa Franġisku jħeġġiġna nfittxu spazji sani u ferrieħa fejn nistgħu nikbru fis-sens ta’ qsim (sharing), żvilupp u fl-imħabba.
Hekk, l-isport isir għodda ta’ qdusija, mod konkret ta’ kif wieħed jgħix l-Evanġelju fil-ground!
SDC Lurin (Perù)