“Inroxx fuqkom ilma safi, u tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom… u nqiegħed ruħi ġo fikom” (Eżekjel 36:25, 27).
Kif inhi għaddejja l-esperjenza tiegħek tas-sawm fir-Randan? X’qed tinnota ġewwa fik hekk kif qed tesperjenza in-nuqqas ta’ dak li qed tiċċaħħad minnu? Jekk nagħtu ħarsa aktar mill-qrib ġewwa fina, nintebħu li fina jkollna diversi emozzjonijiet u reazzjonijiet.
Xi drabi, meta nħossu xewqa kbira għal xi ħaġa, nippruvaw nikkumpensaw għaliha b’affarijiet ieħor, u nevitaw l-iskumdità aktar milli nippruvaw noqogħdu magħha. Nagħżlu li naħarbu l-esperjenza tat-tbatija li jġib is-sawm mingħajr ma nirriflettu tassew fuq dak li s-sawm jiżvela dwar il-qalb tagħna, dak li Alla qed tistedinna neżaminaw aktar fil-fond.
Bl-esperjenza tas-sawm, tista’ tikxef x’hemm f’qalbek, liema huma l-aspetti fraġli u li għandhom bżonn l-imħabba u l-fejqan ta’ Alla. Qlubna dejjem qed ikellmuna, u joffrulna għarfien dwar l-aspetti l-aktar profondi ta’ ħajjitna. X’wriek is-sawm dwar it-tendenzi li hemm f’qalbek?
Ġesu’, jalla l-ġuħ tiegħi llum jressaqni aktar qribek. Jalla x-xewqat tiegħi jwassluni biex infittex aktar, biex inħallik titfa’ fija l-ispirtu tiegħek. Amen.