The father, holding in his arms the Child,
From the concerns of carpentry is called
Away into the greater Art — the pain
Of joining for a house not his, not bone
Of his bone, flesh of flesh, but his by love.
To foster any child is to assent.
Lejl mudlam, sħun u umdu; tarbija tibki bla waqfien. Il-qawwa tal-omm tkun spiċċat għal kollox; ir-raġel iqum. Bil-ħlewwa jerfa’ lit-tarbija u jimxi magħha fil-kamra, bil-mod il-mod. Moħbija taħt id-daqna protettiva li ttaffi n-noti profondi ta’ ninni-nanni, iċ-ċkejkna tarbija tibda torqod. X’serħan imbierek tul il-lejl! Missieri! Hu jħobbni!
Kien Ġużeppi jfarraġ bl-istess mod lit-tarbija Ġesù matul iljieli tas-sajf mhux familjari fl-Eġittu? Jekk iva, kif nistgħu nissopono, kien hemm faraġ doppju għal dawn iż-żewġ eżiljati: Ġużeppi, ’l bogħod minn art twelidu, u ċ-ċkejken Ġesù, ’il bogħod mid-dar vera tiegħu. Naturalment, Ġesù kien jaf li Alla l-Missier kien iħobbu; Hu u l-Missier kienu ħaġa waħda. L-imħabba reċiproka ta’ Ġesù mal-Missier tiegħu tas-sema, kienet tinfirex ukoll fuq il-gwardjan għaqli tiegħu, u b’hekk issawret il-qalb ta’ missier, dik ta’ Ġużeppi. Permezz tiegħu nnifsu, Ġesù ta lil Ġużeppi d-don tal-preżenza ta’ Alla, u fil-preżenza qawwija u ġentili ta’ Ġużeppi, hu, it-tifel Ġesù, seta’ jikber u jiffjorixxi. Kull wieħed seta’ jgħid dwar l-ieħor, bil-ferħ u l-gratitudni: “Hu jħobbni!”
Barka mogħtija; barka milqugħa f’dawn il-kelmiet: “Hu jħobbni!” Permezz ta’ Ġesù, Ġużeppi nnifsu kien jaf li Alla kien għażel u ffavorixxa lill-poplu Lhudi, u b’mod partikulari li hu stess kien maħbub minn Alla. Ġesù kien jitgħallem id-drawwiet tas-Sibt u l-manjieri xierqa. Ġesù kien iħeġġeġ lil Ġużeppi jafda fil-Mulej, ikollu l-kuraġġ jilqa’ l-imħabba ta’ Alla, filwaqt li hu kien protett u mmexxi mill-eżempju ġust ta’ Ġużeppi. L-imħabba ta’ Marija, kemm għal Ġesù kif ukoll għal Ġużeppi, għaqqdet il-Familja Mqaddsa tagħhom f’għaqda qaddisa. Kemm tgħallem kull wieħed dwar il-modi tal-imħabba mill-ieħor, kemm dik umana kif ukoll dik divina, fid-dar tagħhom f’Nazaret matul dawk is-snin moħbija!
Dan l-iskambju huwa sagru. Qalb titkellem ma’ qalb, kemm fir-relazzjonijiet umani kif ukoll bejn Alla u l-bniedem, fejn, bħal fil-Magnificat ta’ Marija: “Ruħi tfaħħar lill-Mulej! U l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi!” Ġużeppi semagħha u żgur kanta magħha, bħalma seta’ darba kanta magnificat simili waqt li kien jikkalma lit-tarbija Ġesù meta kienet imdejqa, forsi għax kellha terġa’ lura lejn l-art tal-Eġittu.
Permezz tal-ubbidjenza fidila u s-servizz ġeneruż, l-imħabbiet naturali tagħna jsiru aktar ħelwin. Kollox jinbidel permezz tal-preżenza soprannaturali ta’ Kristu li jgħammar fina, Hu li jħobbna. Imfissra f’Ġwanni 14:23, il-vokazzjoni umana tal-imħabba, f’kull dimensjoni tagħha, tiġi rrivelata: Ġesù wieġeb u qallu: “Min iħobbni jżomm kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu għandu u nagħmlu l-għamara tagħna miegħu.”
Kulħadd jista’ jagħżel li jgħix fl-għarfien sublimi li “Hu jħobbni!” u jwieġeb bi gratitudni u ferħ. Fil-kliem ta’ tmiem kanzunetta inqas tas-sema, imma xorta waħda għażiża, ta’ The Beatles: “with a love like that, you know you must be glad!”
Ruth D. Lasseter
Assoċjata
Indiana, l-Istati Uniti


