Fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 28 ta’ Mejju 2025, il-Papa Ljun XIV jirreferina għall-Maħbub tagħna Ġesù, li bħas-Samaritan it-tajjeb, ifejjaq il-ġrieħi tagħna u joffrilna t-tama. Iħeġġiġna nirrikorru lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, mudel ta’ umanità ġenwina, u nitolbuh biex jagħmel il-qalb tagħna dejjem aktar tixbaħ lill-Qalb tiegħu.
Fil-Ktieb tas-Sinjali, San Ġorġ Preca jidentifika dawn is-sinjali f’min huwa tassew devot lejn il-qalb ta’ Ġesù!
Min hu tassew devot lejn il-qalb imqaddsa ta’ Ġesù:
- Jitgħaxxaq bix-xbiha tagħ
- Ixerred id-devozzjoni tagħha fost il-ħbieb tiegħu.
- Igħix dejjem fi spirtu ta’ umiltà.
- Jitħarreġ fl-għamil ta’ servizzi baxxi mal-proxxmu.
- Għandu fiduċja kbira fiha.
- Jistkenn fid-dwejjaq tiegħu f’din il-qalb, veru refuġju tal-midinbin.
- Jitkellem bil-karità fuq il-proxxmu.
- Fejn jista’ qatt ma jiċħad għajnuna lill-proxxmu.
- Iħobb jisma’ lil min jitkellem fuq il-qalb ta‘ Ġesù.
- Jithenna bil-ħlewwa fir-ruħ tiegħu bl-Ewkaristija.
- Iħoss mogħdrija għall-miżerja tal-proxxmu.
- Jitlob għall-konverżjoni tal-midinbin.
- Igħożż il-ħajja irtirata u miġ
- Jilmaħ lil Ġesù Kristu f’kull bniedem.
- Jieħu sabar b’min idejjaqlu qalbu.
Talba:
Sinjur Alla, Inti ikkmandajtni biex nagħtik qalbi: għalhekk agħtini l-grazzja tiegħek biex jiena inkun nista’ nagħtihielek, għax mingħajrek ma nistgħu nagħmlu xejn.