Fid-dinja viżibbli ta’ madwarna, “is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla, għemil idejh tħabbar il-firxa tas-sema” (Salm 19:1).
Fir-realtà inviżibbli, Ġesù ttrasforma dak li hu viżibbli, “il-ħobż tagħna ta’ kuljum”, fil-misteru tal-għammar ta’ Alla Etern.
L-istess Ħallieq tas-smewwiet u l-art (“Fil-bidu”) reġa’ lissen permezz ta’ Ġesù Kristu l-kliem tar-rikreazzjoni: “Dan hu Ġismi li jingħata għalikom…dan hu demmi tal-patt il-ġdid li jibqa’ għal dejjem…” Moħbija f’dak li hu ordinarju u familjari, hemm il-misteru profond u l-glorja li tmiss kull aspett tal-ħajja.
Il-Papa Benedittu XVI fid-diskors tiegħu lill-kleru fil-Katidral ta’ Varsavja fl-2006 stqarr: “F’dinja fejn hemm tant storbju, u tant konfużjoni, hemm bżonn ta’ adorazzjoni siekta ta’ Ġesù moħbi fl-Ostja … Hija sors ta’ faraġ u dawl, partikolarment għal dawk li qed ibatu.”
Madankollu, l-Ewkaristija ma kinitx l-uniku rigal tal-Aħħar Ċena. Is-saċerdozju ngħata wkoll dakinhar, flimkien mal-ħbiberija ttrasformata bil-kmand il-ġdid ta’ Ġesù li nħobbu lil xulxin. Għaliex? Għax: “Ħdejn is-Sagrament Imqaddes innifsu, il-proxxmu tiegħek huwa l-aktar oġġett qaddis ippreżentat lis-sensi tiegħek,” kif iddikjara C. S. Lewis fil-kitba tiegħu, The Weight of Glory.
Tabilħaqq, id-dwieli tal-Mulej ifewħu, u aħna, il-ħaddiema tiegħu, għandna l-privileġġ li naħdmu flimkien fi ħbiberija mas-Sinjur Alla! F’dan it-tieġ aħħari, l-inviżibbli jiddi fi glorja sħiħa permezz ta’ xogħol ordinarju, tar-relazzjonijiet, u l-ikel sempliċi, u l-Ewkaristija!
Imsejħin biex inqumu, ngħaġġlu biex ningħaqdu għall-festa tar-rebħa tal-Mulej, fejn permezz tad-Don u l-Misteru tal-Ewkaristija, il-ferħ tagħna huwa tassew sħiħ.
“When such as I cast out remorse,
So great a sweetness flows into the breast:
We must laugh and we must sing!
We are blessed by everything.
Everything we look upon is blest.”
(W.B.Yeats, Dialogue of Soul and Self)
Ruth D. Lasserter
Ħabiba tas-Soċjetà
Indiana, l-Istati Uniti