Pellegrinaġġ ta’ Tama
Grupp San Ġorġ Preca (Malta)
30/05/2025
Qed jiġi organizzat Pellegrinaġġ ta’ Tama għall-membri tal-Grupp San Ġorġ Preca fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Mejju 2025, li jibda fis-6:30 p.m. Il-pellegrinaġġ se jinkludi Quddiesa u servizz ta’ talb. Koppji u adulti oħra interessati fit-tagħlim u l-ispiritwalità ta’ San Ġorġ Preca huma mistiedna biex jattendu.