Fl-okkażjoni tas-60 anniversarju tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u s-Santa Sede, in-Nunzjatura Appostolika għal Malta, flimkien mas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM), kordjalment jistiednu lill-membri tal-pubbliku għal taħdita pubblika bit-titlu “Henjin il-Foqra, għax Huma Xhieda tat-Tama.”
It-taħdita se ssir minn Monsinjur Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru 2025 fis-7:00 p.m., fl-Awditorju tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM), Blata l-Bajda.
Din l-okkażjoni toffri l-opportunità biex biex nirriflettu fuq kif nħarsu lejn il-faqar u t-tama mill-perspettiva nisranija, u kif dan jista’ jġib bidla konkreta fil-ħajja tagħna. It-taħdita se ssir bil-Malti, u kulħadd huwa mistieden jattendi.
L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru 2025 fis-7:00 p.m.
Fl-Awditorju tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM), Blata l-Bajda


