Grupp San Ġorġ Preca (Malta)
29/08/2025
Il-Grupp San Ġorġ Preca se jiltaqa’ mill-ġdid nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Awwissu 2025. Koppji u adulti li huma interessati fit-tagħlim u l-ispiritwalità ta’ San Ġorġ huma mħeġġa biex jattendu. Il-laqgħa se ssir fl-Awditorju, il-Blata l-Bajda, fis-6.30pm. Fis-6.00pm issir quddiesa fil-Kappella tal-Madonna tal-Medalja Mirakoluża.