Jekk Alla jrid, nhar is-Sibt 24 ta’ Mejju 2025 se ssir laqgħa oħra għall-Magħżulin II u Aspiranti (Yr9-Yr11). Din il-laqgħa se tkun waħda speċjali peress li fiha se nkunu qegħdin niċċelebraw flimkien il-grazzja sabiħa li s-Sinjur Alla għoġbu jagħti lil numru sabiħ ta’ Magħżulin u Aspiranti li ħadu sehem fil-Pellegrinaġġ li s-Soċejtà organizzat b’rabta mal-Ġublew tal-Adolexxenti li sar f’April 2025.
Għal din il-laqgħa huma mistiedna l-Magħżulin II u l-Aspiranti kollha, mhux biss dawk li ħadu sehem f’dan il-Pellegrinaġġ. Huma mistiedna wkoll il-Magħżulin 2 Sena u Aspiranti Għawdxin.
Il-laqgħa se ssir fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS u tibda fis-7.30pm. Wara li tintemm, ikun hemm ħin informali fl-Iskola St Michael. L-attivita’ fid-9.30pm.
Inżommu dejjem lil dawn l-adolexxenti fit-talb tagħna.