Dimostrazzjoni ta’ Ġesù Bambin fil-Belt Valletta
18/12/2025
Id-Dimostrazzjoni ta’ Ġesù Bambin fil-Belt Valletta, se ssir nhar il-Ħamis, 18 ta’ Diċembru 2025. Kulħadd huwa mistieden jinġabar quddiem il-Knisja tal-Madonna tal-Vitorja fil-Belt Valletta fil-5:45pm. Id-dimostrazzjoni se tkun animata f’atmosfera ta’ ferħ minn tfal, żgħażagħ, u familji, b’kant ta’ għanjiet tal-Milied u poeżiji.
Il-parteċipanti se jimxu lejn il-Konkatidral ta’ San Ġwann, fejn ikun hemm talb u riflessjonijiet marbuta mat-tema tat-twelid ta’ Ġesù Bambin. Id-dimostrazzjoni tkompli tul Triq ir-Repubblika u tispiċċa ħdejn Bieb il-Belt.
Ejja, u stieden lill-familja u l-ħbieb tiegħek biex jieħdu sehem f’din id-dimostrazzjoni ferriħija!

Il-Milied fil-Kappella