Is-Superjur Ġenerali, flimkien mal-Assistent Superjur Ġenerali, żaru l-qasam ta’ Sagua La Grande, Kuba, bejn is-16 u t-27 ta’ Lulju 2026. Matul iż-żjara is-Superjur Ġenerali ltaqa’ mal-membri tal-qasam ta’ Sagua li ilu jwettaq appostolat fid-Djoċesi ta’ Santa Klara sa mill-2011.
Il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju saret laqgħa mal-membri tal-Grupp San Ġorġ Preca li fiha s-Superjur Ġenerali ppreżenta Direttorju għall-membri ta’ dan il-grupp li joffri linji gwida dwar kif kull membru tal-grupp jista’ jgħix l-ispiritwalità Museumina fil-ħajja partikolari tiegħu.
Tul din iż-żjara, is-Superjur Ġenerali u l-Assistent kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-gruppi tat-tfal u l-adolexxenti tal-qasam u qasmu magħhom sessjonijiet ta’ riflessjonijiet u talb.
Okkażjoni sabiħa għas-Soċjetà, li tmexxiet mis-Superjur Ġenerali nnifsu, kienet ċ-Ċerimonja ta’ Inkorporazzjoni li saret il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju li fiha il-kandidat Kuban Yohansis Rojo Gonzalez sar membru sħiħ tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija.
It-Tnejn 27 ta’ Lulju, il-qasam ta’ Sagua organizza laqgħa ferriħija li permezz tagħha il-komunità Museumina selmet lis-Superjur Ġenerali u lill-Assistent qabel it-tluq tagħhom minn Kuba. Matul din il-laqgħa, t-tfal għamlu drama qasira li permezz tagħha wrer ir-raġuni għalxiex jattendu l-qasam u kif il-formazzjoni u t-tagħlim li qed jirċievu qed jgħinhom fil-fidi u l-ħajja nisranija tagħhom. Għal din il-laqgħa kienu preżenti l-ġenituri u l-membri tal-Grupp San Ġorġ Preca.


