Is-Superjur Ġenerali, flimkien mal-Assistent, żaru l-qasam ta’ Ruiru, l-Kenja, bejn it-30 ta’ Marzu u l-11 ta’ April 2026. Matul din iż-żjara, huma kellhom l-opportunità li jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet speċjali li jsiru fl-oqsma kollha tas-Soċjetà matul il-Ġimgħa Mqaddsa. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ talb u riflessjoni ġew miktuba mill-Fundatur, San Ġorġ Preca, biex iqawwu fil-parteċipanti l-ispirtu ta’ Ġesù, partikolarment permezz tar-riflessjoni fuq Kristu Msallab bħala s-Salvatur u l-Mulej tal-umanità kollha.
F’Ħadd il-Għid, it-12 ta’ April, fil-konklużjoni ta’ ċelebrazzjoni ferriħija mżewqa b’innijiet tal-Għid bi stil Kenjan, is-Superjur Ġenerali qassam figolla fil-forma ta’ ħaruf lil dawk kollha preżenti. Din ġiet milqugħa b’ferħ kbir.
Il-membri, il-kandidati u l-magħżulin tal-qasam ta’ Ruiru laqgħu bil-qalb lill-viżitaturi u ħadu l-opportunità biex jiltaqgħu magħhom u jaqsmu l-ferħ tagħhom magħhom. Is-Superjur Ġenerali u l-Assistent Superjur Ġenerali ltaqgħu ma’ kull grupp matul il-ġimgħa tal-Ottava tal-Għid biex jaqsmu r-riflessjonijiet tagħhom.
Matul iż-żjara, saret ukoll laqgħa mat-tfal u ż-żgħażagħ ta’ Kiratina. Kiratina hija outstation, iddedikata lil San Ġorġ Preca, li magħha l-qasam ta’ Ruiru diġà stabbilixxa relazzjoni u qed jgħin billi jipprovdi sessjonijiet kateketiċi għat-tfal u ż-żgħażagħ. Nitolbu biex dan l-appostolat f’Kiratina jkompli jikber u li l-preżenza tas-Soċjetà f’Kirantina tkompli tissaħħaħ.


