Żjara tas-Superjur Ġenerali fil-Qasam ta’ Hobart
22 July, 2025
Bejn id-19 u t-23 ta’ Lulju 2025, is-Superjur Ġenerali żar il-qasam ta’ Hobart, Tasmanja, bħala parti miż-żjara uffiċjali tiegħu lill-oqsma kollha tas-Soċjetà fl-Awstralja. Minbarra li ltaqa’ mal-membri u l-assoċjati, is-Superjur Ġenerali kellu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ grupp ta’ żgħażagħ nhar il-Ħadd 20 ta’ Lulju, li magħhom qasam riflessjoni dwar l-isfidi, il-kuraġġ u t-tama fil-mixja tagħhom wara Ġesù. Wara l-laqgħa kien hemm ħin soċjali fejn il-parteċipanti kielu u tkellmu flimkien. Din iż-żjara kienet mument ta’ grazzja u ta’ inkoraġġiment għall-komunità kollha.

Parteċipazzjoni fil-Ġublew taż-Żgħażagħ 2025