Żjara mill-Arċisqof Dodaj (Durrës)
10 May, 2025
Nhar is-Sibt, 10 ta’ Mejju 2025, Mons. Arjan Dodaj F.d.C, Arċisqof ta’ Tirana-Durrës, għamel żjara informali fiċ-ċentru pastorali ta’ Porto Romano Fushë, fil-periferija ta’ Durrës. F’dan iċ-ċentru, il-membri tas-Soċjetà jieħdu ħsieb il-klassijiet tal-katekiżmu għat-tfal u l-adoloxxenti. Mons. Dodaj ingħaqad mall-gruppi tal-katekiżmu u ndirizza lil dawk preżenti. Kienet opportunità tajba għall-arċisqof biex jiltaqa’ u jsir jaf lit-tfal u l-adolexxenti li jattendu l-klassijiet tal-katekiżmu. Huwa esprima l-gratitudni tiegħu lill-membri tas-Soċjetà għad-dedikazzjoni lejn ix-xandir tal-Bxara t-Tajba u talli huma xhieda ħajja tal-ferħ tal-Evanġelu.