L-Ekonomu Ġenerali Philip Bezzina għamel żjara lill-qasam ta’ Poznańbejn is-6 u t-12 ta’ Lulju 2026. Matul din iż-żjara huwa kellu l-opportunitá jgħaddi ftit ħin u jitkellem maż-żewġ membri li bħalissa qed iservu f’dan il-Qasam.
Huwa ħa sehem ukoll f’attivitajiet ta’ formazzjoni u ta’ rikreazzjoni organizzati għat-tfal u adolexxenti li jattendu l-qasam. L-appostolat tas-Soċjeta’ Poznań huwa ffukat prinċipalment ma’ adolexxenti fil-parroċċa ta’ Rusa, kif ukoll ma’ tfal u adolexxenti fil-parroċċa ta’ Tulce.
Waqt iż-żjara ġew finalizzati wkoll il-preparamenti għax-xiri ta’ residenza ġdida għall-membri tal-qasam ta’ Poznan.
Nitolbu lis-Sinjur Alla għal dan l-appostolat li s-Soċjetà qed twettaq fil-Polonja.


