L-Assistent Superjur Ġenerali, flimkien ma’ Emanuel Mizzi, żaru ż-żewġ oqsma fl-Albanija bejn il-21 u s-26 ta’ Ġunju 2025. Matul iż-żjara tagħhom, iltaqgħu mal-membri missjunarji tal-oqsma ta’ Durrës u Korçë.
F’Korçë, huma mexxew kors ta’ żvilupp professjonali fuq tlett ijiem iffukat fuq l-istrateġiji tat-tagħlim għall-għalliema ta’ Preca College. Huma kellhom ukoll l-opportunità li jiltaqgħu maż-żgħażagħ li jattendu fil-qasam ta’ Korçë, u qasmu magħhom riflessjoni qasira dwar kemm għandhom ikunu grati għall-barka li jattendu l-qasam. Permezz tal-parteċipazzjoni regolari tagħhom, iż-żgħażagħ jsibu għajnuna biex jikbru gradwalment fl-umanità tagħhom u biex ikomplu jimxu ‘l quddiem fil-vjaġġ tagħhom lejn il-qdusija. Bħala sinjal ta’ ħbiberija, il-Magħżulin tal-qasam ta’ Ħal-Tarxien bagħtu ittri liż-żgħażagħ ta’ Korçë, fejn inkoraġġewhom jikbru fl-imħabba tagħhom lejn is-Soċjetà, biex jipparteċipaw b’mod attiv fl-attivitajiet organizzati għalihom mill-membri, u assigurawhom it-talb tagħhom.
Grazzi lis-Sinjur Alla!