Bejn it-28 ta’ Lulju u t-3 ta’ Awwissu 2026, is-Superjur Ġenerali flimkien mal-Assistent Superjur Ġenerali, żar l-Parroċċa ta’ Santo Hermano Pedro, f’Puerto Barrios, immexxija mill-Kappillan Dun Anton Grech, saċerdot missjunarju minn Għawdex.
Waqt din iż-żjara, is-Superjur Ġenerali u l-Assistent kellhom l-opportunità li jżuru numru ta’ villaġġi remoti fir-reġjun li jiffurmaw parti mill-istess parroċċa.
Ħaġa sabiħa li wieħed jinnota fil-parroċċa hija d-devozzjoni lejn Fundatur tas-Soċjetà, b’mod partikolari, minn grupp ta’ nisa li waqqfu l-grupp Comunidad San Jorge Preca biex jippromwovu d-devozzjoni San Ġorġ Preca.
Nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu, waqt seminar ta’ nofstanhar għall-katekisti, is-Superjur Ġenerali qasam mal-parteċipanti riflessjoni dwar l-ispirtitwalità ta’ San Ġorġ Preca u kif din tista’ tkun ta’ ispirazzjoni għall-katekisti fl-irwol tagħhom. Wara l-Assistent tkellem dwar xi tfisser li tkun membru fis-Soċjetà u l-appostolat li jitwettaq biex Ġesù jsir aktar magħruf u maħbub. Fl-aħħar tas-seminar tqassam materjal dwar il-Fundatur, Eugenio Borg u Gilbert Simana.
Il-Ħadd 2 ta’ Awwissu waranofsinhar, waqt festival maż-żgħażagħ tal-parroċċa, is-Superjur Ġenerali ta introduzzjoni qasira dwar is-Soċjetà u qasam riflessjoni dwar l-identità u d-dinjità ta’ kull persuna fid-dawl tal-pjan ta’ Alla, ispirata minn diversi kitbiet u talb tal-Fundatur.
Nirringrazzjaw lis-Sinjur Alla li jkompli jagħti lis-Soċjetà opportunitajiet biex twassal l-Evanġelju f’postijiet differenti fid-dinja.


