Nhar is-Sibt 3 t’Ottubru 2026, il-qasam ta’ Poznań organizza ħarġa ta’ ġurnata għal grupp ta’ żgħażagħ minn os. Rusa u Tulce, ġewwa Lichen, villaġġ qrib Konin fic-centru tal-Polonja.
L-attrazzjoni principali kienet żjara fil-Bażilika tal-Madonna ta’ Lichen, li hija l-akbar knisja fil-Polonja fejn hu stmat li jzuruha madwar miljun ruħ kull sena. F’din il-knisja, li tlestiet fl-2004, hemm l-ikona tal-Verġni Marija tad-Duluri, Reġina tal-Polonja.
Sfida għall-grupp kienu is-700 tarġa biex wieħed jasal fil-quċċata tat-torri li fih 31 sular. Iz-zgħazagh il-kbar tal-grupp ippreparaw jispjegazzjoni għall-bqija tal-grupp dwar l-istorja ta’ dan it-tempju maestuż.
Meta ż-żjara tal-bażilika, il-grupp qabad t-triq lejn l-għadira li hemm fil-viċinanzi, fejn sar BBQ f’atmosfera sabiħa.
Il-ġurnata ntemmet bil-vjaġġ lura lejn Poznań, wara ħarġa mill-isbaħ li għaqqdet flimkien il-fidi, l-iskoperta kulturali, ir-rikreazzjoni u l-ħbiberija.


