Minn nhar il-Ġimgħa 13 sa nhar il-Ħadd 15 ta’ Ġunju, 2025, is-Soċjetà f’Malta organizzat Seminar ta’ Qari fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f’Dar il-Ħanin Samaritan bit-tema: “You have given me a story…”. Is-seminar kien ibbażat fuq il-ħajja u l-kitbiet ta’ Flannery O’Connor, kittieba Kattolika Amerikana li din is-sena qed jitfakkar iċ-ċentinarju minn twelidha.
Għal din l-okkażjoni attendew membri u kandidatii, flimkien ma’ numru ta’ ħbieb tas-Soċjetà. Saru żewġ preżentazzjonijiet prinċipali minn Craig Martell u Fernanda Rossini li ġew Malta fuq stedina tas-Soċjetà, flimkien ma’ preżentazzjonijiet fuq l-istejjer qosra ta’ O’Connor u wiri ta’ filmati marbutin ma’ ħajjitha u ma’ kitbietha.