Nhar it-Tnejn 15 ta’ Settembru 2025, fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS, bdiet il-ġimgħa speċjali WATCH, REFLECT, ACT, li qed tittratta it-tema tal-edukazzjoni. Wara introduzzjoni dwar il-ħsieb wara din il-ġimgħa mis-Superjur Ġenerali, Dr Maria Montebello introduċiet il-film The Teacher Who Promised the Sea (El maestro que prometió el mar), film Spanjol li ħareġ fl-2023, dirett minn Patricia Font, ibbażat fuq l-istorja vera ta’ Antoni Benaiges fiż-żmien ta’ qabel ir-rivoluzzjoni Spanjola u huwa ispirat mill-ktieb bl-istess isem ta’ Francesc Escribano.
Il-parteċipanti li attendew għall-ewwel jum kellhom ċans jaħsbu fuq it-tema tal-ġustizzja u t-tama li għandna naraw fit-tfal u l-adolexxenti tallum. Wara l-film, il-parteċipanti komplew jiddiskutu it-tema b’mod informali waqt ħin soċjali.
Din il-ġimgħa speċjali tkompli it-Tlieta 16 ta’ Settembru bil-film The Teachers’ Lounge.


