Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru 2025, l-attività WATCH, REFLECT, ACT intemmet bil-wiri tal-film Tinā. Din il-ġimgħa, li saret fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS, iffokat fuq it-tema tal-edukazzjoni.
Tinā, drama minn New Zealand li ħarġet fl-2024 u diretta minn Miki Magasiva, issegwi l-istorja ta’ għalliema tal-mużika li qed taffaċja l-isfidi tal-ħajja u t-tagħlim wara terremot devastanti.
Qabel il-wiri tal-film, Prof. Carmen Dalli qasmet ir-riflessjonijiet tagħha dwar ir-rwol tal-edukatur, filwaqt li enfasizzat mhux biss l-importanza tal-passjoni lejn s-suġġett iżda wkoll l-imħabba, il-kura u l-kompassjoni li għalliem għandhu jkollu lejn l-istudenti tiegħu.
Wara l-film, dawk li attendew kellhom ħin informali fejn qassmu l-ħsibijiet u impressjonijiet tagħhom dwar il-film.


