Radical huwa l-film li ntwera il-Ħamis 18 ta’ Settembru 2025 fl-attività WATCH, REFLECT, ACT, li qed issir fi fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS. Radical huwa comedy-drama Messikan li ħareġ fl-2023, ibbażat fuq storja vera ta’ Sergio Juarèz Correa, b’direzzjoni ta’ Christopher Zalla.
Prof. Colin Calleja introduċa l-film u spjega kif l-edukazzjoni trid tagħti spazju lill-istudenti biex permezz tal-kurżità tagħhom isaqsu, jfittxu u b’hekk jaslu biex jitgħallmu. Il-proċess edukattiv irid ikun marbut mal-esperjenza tal-ħajja u l-istudent irid ikollu sehem attiv fil-vjaġġ edukattiv tiegħu. Huwa semma’ wkoll il-punt li l-edukazzjoni trid tiffaċilità l-iżvilupp ta’ persuni kritiċi u ħielsa aktar milli sempliċiment il-kisba ta’ kwalifika.
Wara l-film, dawk li attendew kellhom iċ-ċans li jkomplu jirriflettu u jaqsam mal-oħrajn il-ħsibijiet tagħhom b’mod informali waqt li jieklu xi ħaġa flimkien.
Il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru, hija l-aħħar ġurnata ta’ din l-attività u se jintwera il-film Tinā. Kulħadd mistieden biex jattendi.


