Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Settembru 2025, fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS, kompliet il-ġimgħa bl-isem WATCH, REFLECT, ACT, li qed tiffoka fuq it-tema tal-edukazzjoni. Il-Prof. Jean-Paul De Lucca introduċa l-film Club Zero, li ħareġ fl-2023 b’direzzjoni ta’ Jessica Hausner, li juri għalliem maħkuma mill-ideoloġiji ta’ żmienna.
Prof. De Lucca tkellem dwar l-awtorità u d-diversi forom tagħha, billi kkunsidra kemm l-użu responsabbli kif ukoll l-abbuż tagħha, filwaqt li rrifletta fuq l-impatt tal-ideoloġiji. Wara l-wiri tal-film, il-parteċipanti komplew id-diskussjonijiet tagħhom b’mod informali waqt ħin soċjali.
Nhar il-Ħamis, 18 ta’ Settembru, se jintwera l-film Radical. Kulħadd huwa mistieden.


