WATCH, REFLECT, ACT
17 September, 2025
L-attività WATCH, REFLECT, ACT, li qed tittratta it-tema tal-edukazzjoni kompliet nhar it-Tlieta 16 ta’ Settembru 2025 fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS. Prof. Simone Galea introduċiet il-film The Teachers’ Lounge (Das Lehrerzimmer), film Ġermaniż li ħareġ fl-2023 dirett minn İlker Çatak u li jittratta inċident ta’ serq fi skola li jwassal għal serje ta’ problemi oħra.
It-tema tal-ospitalità fl-iskejjel, il-ġustizzja u s-sigurtà fl-iskola kienu t-temi li identififkat Prof. Simone Gale u li l-parteċipanti tkellmu fuqhom b’mod informali wara li ntwera l-film.
L-Erbgħa 17 ta’ Settembru jintwera il-film Club Zero. Kulħadd mistieden biex jattendi.

WATCH, REFLECT, ACT