Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Lulju 2026 fl-Auditorju tad-Dar Ġenerali, Blata il-Bajda, ġie mniedi l-ktieb Bla Sold u Bla Qorq miktub minn Patri Dijonisju Mintoff OFM. Dan il-ktieb, ippubblikat minn Publikazzjoni Preca, ġie stampat fl-okkażjoni tat-800 sena mill-mewt ta’ San Franġisk ta’ Assisi.
Waqt din it-tnehdija, Patri Dijonisju qassam riflessjoni fuq kif in-nisrani għandu jkun mezz ta’ paċi fost ħutu l-bnedmin fuq l-ezempju ta’ San Franġisk ta’ Assisi. Il-paċi, li tiġi mill-qalb, trid tissarraf f’azzjonijiet ta’ mħabba speċjalment lejn dawk ħutna fil-bżonn.
Inqraw ukoll diversi siltiet mill-kitba ta’ Patri Dijonisju f’atmosfera ta’ ġabra u talb.
Is-Superjur Ġenerali għalaq is-serata bil-messaġġ finali tiegħu fejn esprima li din il-pubblikazzjoni għandna tkompli tgħinna fil-mixja ta’ kull wieħed minna lejn l-qdusija. Bla dubju ta’ xejn, id-dinja tal-lum għandha tant bżonn ta’ persuni qaddisin li lesti jkunu ta’ servizz għall-oħrajn.
Il-ktieb Bla Sold u Bla Qorq joffri lill-qarrejja ħsibijiet u xeni mill-ħajja ta’ San Franġisk jew tal-Familja Franġiskana għal matul il-ġranet tas-sena. Permezz ta’ din il-mixja mal-fqajjar ta’ Assisi wieħed iqawwi ruħu għall-imitazzjoni tiegħu fl-imħabba lil kellu għal Ġesù.
Il-ktieb Bla Sold u Bla Qorq jinsab għall-bejgħ minn Librerija Preca.


