Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Novembru 2025, fi Preca Cottage, South Bend, iltaqgħu numru ta’ ħbieb tas-Soċjetà, flimkien ma’ xi membri tal-familja tal-Assoċjata Ruth Lasseter, biex jiċċelebraw il-ġurnata ta’ Thanksgiving. Id-dundjan tradizzjonali ġie msajjar u servut bi gratitudni u ferħ kbir. Għall-ewwel darba, dawk preżenti talbu flimkien it-talba Dossoloġija Nazzjonali miktuba minn San Ġorġ Preca. Iċ-ċelebrazzjoni ntemmet bil-kant tas-Salm 100.
Bi tħejjija għall-Avvent, diversi fuljetti li jgħinnu fil-formazzjoni tal-fidi tqiegħdu fi Preca Little Library, li hija miftuħa għall-pubbliku. Din l-inizjattiva bdiet matul il-lockdown tal-Covid u għada għaddejja sal-ġurnata tallum, bil-ġirien jgħaddu jisselfu kotba dwar il-ħajja spiritwali jew xi wħud mill-fuljetti li jkunu disponibbli matul is-sena.
Matul il-vaganzi ta’ Thanksgiving u fl-Ewwel Ħadd tal-Avvent sar workshop fejn ġew miżbugħa l-pasturi tal-presepju magħmula minn labar tal-inxir.

