Mill-14 sas-16 ta’ Settembru 2025, sittax-il kandidat iltaqgħu fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS għal study weekend. Permezz ta’ qari, riflessjonijiet offruti minn diversi membri, diskussjonijiet fi gruppi, u preżentazzjonijiet, huma niżlu fil-fond dwar il-metodi u l-istil tal-Fundatur kemm fl-appostolat kif ukoll fil-kitbiet tiegħu, filwaqt li rridlettew fuq kif dawn ikomplu jispiraw u jiżviluppaw fi ħdan is-Soċjetà illum. Il-programm inkluda wkoll ħinijiet ta’ talb u rikreazzjoni, li komplew isaħħu l-ispirtu ta’ komunità. B’mod ġenerali, dan l-istudy weekend wera li kien okkażjoni għall-kandidati biex japprofondixxu l-fehim u l-apprezzament tagħhom tal-ispiritwalità Museumina.


