Sibt il-Għid (St Albans)
26 April, 2025
Fid-19 ta’ April 2025, f’Sibt il-Għid, f’Holy Eucharist Church f’St Albans, il-membri akkumpanjaw żewġ katekumeni li rċevew ir-Rit tal-Inizjazzjoni fil-ħajja nisranija bħala adulti.
Matul is-sena li għaddiet, bħala parti mill-vjaġġ tagħhom lejn is-sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Kattolika, iż-żewġ katekumeni rċevew il-formazzjoni tagħhom fil-Qasam ta’ St Albans. Kienet ċelebrazzjoni memorabbli fejn il-parruċċani taw merħba mill-qalb lil dawn iż-żewġ membri ġodda fil-komunità nisranija.
Kristu qam tassew! Alleluja!

Pellegrinaġġ għall-Membri (Għawdex)