Listen compassionately, encourage joyfully, act faithfully, discern wisely, empower selflessly and reflect Christ.
Dan il-ħsieb jiġbor l-ispirtu tas-Seminar dwar it-Tmexxija, organizzat għaż-żgħażagħ tal-Parroċċa ta’ Santo Niño, f’Marawoy, Lipa. Għal dan is-seminar, imtella’ mill-membri tas-SDC f’kollaborazzjoni mal-Kunsill taż-Żgħażagħ tal-parroċċa, attendew 39 żagħżugħ u żagħżugħa li huma involuti b’mod attiv fil-ministeri tal-parroċċa. It-tema tas-seminar kien “Imsejjaħ biex inkun Mexxej Impenjat.”
Il-ġurnata bdiet b’introduzzjoni ħafifa dwar is-Soċjetà u l-missjoni tagħha, segwit minn riflessjoni dwar is-sejħa għat-tmexxija kif insibuha f’diversi karattri bibliċi. Il-parteċipanti esploraw dawn is-sejħat bibliċi billi applikawhom għall-ħajja personali tagħhom. Fis-sessjoni ta’ wara, ġew ippreżentati diversi personaġġi kontemporanji li kienu abbinati mal-virtujiet li dehru f’dawn il-mexxejja ta’ żmienna.
Wara l-ikla ta’ nofsinhar, is-seminar issokta bi ħsieb dwar l-importanza tat-talb u d-dixxerniment fit-tmexxija, segwit minn laqgħa dwar kif iż-żgħażagħ għandhom ikunu l-aġenti tal-bidla fis-soċjetà tal-lum. Matul il-ġurnata, iż-żgħażagħ ħadu sehem f’attivitajiet varji, fosthom logħba introduttorja, qsim ta’ riflessjonijiet fi gruppi, it-tħejjija ta’ preżentazzjonijiet kreattivi u diskussjonijiet dwar case-studies meħudin mill-ħajja ta’ kuljum taż-żgħażagħ Filippini.
Dawn il-laqgħat ġew fi tmiemhom b’mument riflessiv ibbażat fuq it-talba “Mulej, agħmilni strument tal-paċi tiegħek.” Il-kappillan Rev Fr Jayson T. Siapco qasam kelmtejn bħala konklużjoni.
Nirrringrazzjaw liż-żgħażagħ u lill-mexxejja tagħhom għall-kooperazzjoni u l-ħeġġa tagħhom, u fuq kollox, lis-Sinjur Alla ta’ dan l-inkontru sabiħ.
