Seminar għall-Assoċjati GSĠP (Lurín)
14 September, 2025
Nhar is-Sibt 13 ta’ Settembru 2025, il-qasam ta’ Lurín organizza seminar għall-assoċjati tal-Grupp San Ġorġ Preca. Is-seminar iffoka fuq l-ispiritwalità ta’ San Ġorġ Preca u l-ħajja tal-membri assoċjati ta’ dan il-grupp. Apparti ir-riflessjoni li qasam is-Superjur Tonio Agius u Percy Legua Rojas, il-President tal-grupp, l-assoċjati kellhom l-opportunità li jiddiskutu u jaqsmu r-riflessjonijiet tagħhom fi gruppi żgħar. Philip Bezzina, li bħalissa qed iżur il-qasam ta’ Lurín qasam ukoll ir-riflessjoni tiegħu mal-assoċjati ta’ dan il-grupp. Is-seminar intemm b’ħin soċjali ta’ fraternità.

Study Weekend għall-Kandidati (Malta)