Mill-7 sal-11 ta’ Lulju, is-Segretarju Ġenerali, flimkien ma’ Roderick Spiteri u Christopher Aquilina ħadu sehem fil- Campus u Youth Ministers (CYM) Vision Conference fl-Università ta’ Notre Dame, Indiana, l-Istati Uniti. It-tema tal-konferenza, ‘What is your story?’, rriflettiet fuq l-istorja ta’ kull individwu fid-dawl tal-istorja ta’ Ġesù. Il-konferenza kienet tinkludi taħdita prinċipali kuljum minn Mike Patin, workshops dwar il-pastorali u dwar it-teoloġia. Il-parteċipanti tal-CYM ingħaqdu ma’ studenti ta’ bejn l-14 u t-18-il sena minn diversi stati li kienu qed jattendu konferenza parallela, għal mumenti ta’ talb, għall-Quddiesa, għal servizz penitenzjali u għall-adorazzjoni. Permezz ta’ din il-konferenza ġew stabbiliti diversi kuntatti ma’ katekisti u youth ministers minn partijiet differenti tal-Istati Uniti.
