Sehem fil-Ġublew Tal-Movimenti Kattoliċi (Malta)
22 June, 2025
Nhar il-Ħadd 22 ta’ Ġunju, 2025, il-membri u l-kandidati inġabru fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina u ngħaqdu flimkien ma’ membri ta’ bosta movimenti u għaqdiet oħra għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ġublew tal-Movimenti Kattoliċi.
Iċ-ċelebrazzjoni bdiet bil-quddiesa tas-Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej li kienet iċċelebrata mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, l-Arċisqof ta’ Malta. Hu rringrazzja lil dawk kollha preżenti għall-ħidma tagħhom u x-xhieda li jagħtu.
Wara l-Quddiesa, kulħadd ħa sehem fil-purċissjoni bl-Ewkaristija fit-toroq prinċipali tal-Imdina.