Nhar il-Ħamis 26 ta’ Ġunju 2025, il-grupp taż-żgħażagħ iltaqa’ fl-iskola St Michael għal attività oħra organizzata speċifikamanet għalihom. Għal din l-attività kien mistieden il-membru Robert Gauci, mill-qasam ta’ Puente Piedra, li bħalissa qiegħed Malta għal jiem ta’ mistrieħ. Huwa qasam riflessjoni dwar il-qalb tal-bniedem fid-dawl tal-Qalb ta’ Gesu, ispirata mill-Enċiklika ta’ Papa Franġisku dwar l-imħabba umana u divina tal-Qalb ta’ Ġesù, Dilexit nos. Wara kien hemm ħin ta’ riflessjoni personali permezz tal-kitba ta’ San Ġorġ Preca, Il-Mansjonijiet. Iż-żgħażagħ kellhom opportunità li jaqsmu l-ħsibijiet u talb flimkien. L-attivtà inkludiet logħba futbol u ħin soċjali ta’ fraternità!