Bil-għajnuna t’Alla l-Ħamis 17 ta’ Settembru 2026 kien l-ewwel jum tas-Sajda Museumina, attività mifruxa fuq tlett ijiem li qed issir fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Dar il-Ħanin Samaritan u fl-Iskola St Michael f’Santa Venera.
Għadd sabiħ ta’ tfal, adolexxenti u adulti nġabru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, fejn kellhom l-opportunità jieħdu sehem f’diversi attivitajiet. Dawn kienu jinkludu wirjiet differenti, spazji għat-talb u r-riflessjoni, attivitajiet għat-tfal u l-adolexxenti, kif ukoll spazju għar-rikreazzjoni.
Il-parteċipanti mbagħad komplew lejn l-Iskola St Michael, fejn l-adulti attendew għal taħdita riflessiva fil-bitħa tal-iskola dwar is-sbuħija tal-fidi Kattolika, filwaqt li t-tfal u l-adolexxenti ħadu sehem f’sessjonijiet interessanti mħejjija apposta għalihom.
Fi tmiem is-serata, kulħadd seta’ jgawdi xi ħaġa ikel flimkien f’atmosfera sabiħa u ferriħija, akkumpanjata minn mużika live u logħob organizzat għat-tfal.
L-adulti li attendew ingħataw kopja tal-Evanġelju skont San Mattew, filwaqt li t-tfal u l-adolexxenti rċevew ktejjeb ġdid bil-Malti bl-isem Il-Fidi Kollox! Dan il-ktejjeb b’illustrazzjonijiet ikkuluriti bi stil ta’ komiks, jippreżenta episodji mill-ħajja ta’ San Ġorġ Preca addatti għat-tfal u l-adolexxenti.
Nirringrazzjaw lill-Mulej għal din l-attività sabiħa u nitolbu biex, fil-jiem li ġejjin, aktar nies jieħdu l-opportunità li jattendu għas-Sajda Museumina u jaqsmu flimkien din l-esperjenza.


