B’kollaborazzjoni mal-Kumitat taż-Żgħażagħ tal-Parroċċa ta’ Santo Niño, ġewwa Marawoy, Lipa City, il-membri tas-Soċjetà tal-MUSEUM organizzaw seminar għaż-żgħażagħ, bit-tema Rooted in today, rising towards tomorrow! (Bl-għeruq fil-preżent, inqumu għall-ġejjieni). Dan sar is-Sibt, 21 ta’ Frar 2026 u attendew għalih madwar 45 żagħżugħ u żagħżugħa, fil-biċċa l-kbira tagħhom, adolexxenti.
Dawn il-seminar ta’ formazzjoni serva ta’ tkomplija ma’ seminar ieħor li sar ftit xhur ilu dwar it-tmexxija fiż-żgħażagħ. Din id-darba, intgħażlet it-tema tal-vokazzjoni u d-dixxerniment. Inqasmu riflessjonijiet dwar eżempji jiddu ta’ qdusija mill-aħħar 50 sena, flimkien ma’ għajnuniet prattiċi għad-dixxerniment, stejjer ta’ żgħażagħ li ffaċċjaw għażliet iebsa f’ħajjithom, u s-sbuħija ta’ vokazzjonijiet differenti. L-ikel ma naqasx, flimkien ma’ mumenti ta’ talb kif ukoll ta’ attività u logħob.
Nirringrazzjaw lill-mexxejja taż-żgħażagħ u lill-Parroċċa ta’ Santo Niño għal din l-opportunità. Fuq kollox, niżżu ħajr lis-Sinjur Alla talli jipprovdi b’dawn l-esperjenzi ta’ inkontru lill-membri tas-Soċjetà.


