Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr (Durrës)
10 June, 2026
Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2026, ġiet iċċelebrata Quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku f’Durrës biex tfakkar id-19-il anniversarju mill-kanonizzazzjoni ta’ San Ġorġ Preca. Wara l-qari tal-festa liturġika u l-Evanġelju, saret riflessjoni qasira dwar is-sejħa universali għall-qdusija, il-ħajja ta’ San Ġorġ Preca, u l-missjoni tas-SDC.
Wara t-Tqarbin, dawk preżenti talbu l-Quotidie, talba li ħarġet mill-qalb tal-Fundatur. Iċ-ċelebrazzjoni ntemmet mumenti ta’ fraternità.
Jalla permezz tal-missjoni tas-Soċjetà Ġesù jibqa’ magħruf u maħbub.

Griżma tal-Isqof (Durrës)