Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju 2025, l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna ikkonċelebra quddiesa solenni fil-festa ta’ San Ġorġ Preca fl-Awditroju tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, il-Blata l-Bajda. Huwa kien akkumpanjat minn Mons. Joe Alessandro OFM flimkien ma’ Fr Kevin Scicluna (Assistant Ekkleżjastiku) u numru ta’ saċerdoti.
Mons. Scicluna ħeġġeġ biex nkomplu nitolbu biex niskopru dejjem aktar l-imħabba u l-ħniena ta’ Alla lejn fuq l-eżempju ta’ San Ġorġ Preca. Ħeġġeġ ukoll biex nitolbu l-grazzja li nduqu l-ħlewwa t’Alla f’ħajjitna.
Numru sabiħ ta’ persuni attendew biex jirringrazzjaw lil Alla għal dak kollu li s-Sinjur Alla għamel ma’ Malta u lil hinn minnha permezz ta’ San Ġorġ Preca. Wara l-quddiesa kien hemm ħin ta’ talb fis-skiet quddiem ix-xbiha u l-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca.
Inkomplu nitolbu biex aktar nies ikomplu jikbru fil-fidi, fit-tama u fl-imħabba permezz tat-tagħlim tal-Evanġelju.