Nhar il-Ħadd, 12 ta’ Ottubru 2025, Fr Kevin Schembri, Assistent Ekkleżjastiku tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (SDC), qaddes il-Quddiesa tal-Ħadd fil-Kappella tal-Medalja Mirakoluża, il-Blata l-Bajda. Iċ-ċelebrazzjoni xxandret b’mod diretta fuq TVM, kif ukoll fuq il-midja soċjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Fil-omelija tiegħu, Fri Kevin irrimarka dwar id-dmir ċentrali tal-Insara li jxandru l-Evanġelju, il-Bxara t-Tajba, u ħa ispirazzjoni mill-ispirtu missjunarju ta’ San Ġorġ Preca, li x-xewqa ta’ ħajtu kollha kienet li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju.
Filwaqt li rrifera għall-qari tal-Evanġelju tal-jum, li rrakkonta l-fejqan tal-għaxar imġiddmin, Fr Kevin enfasizza kif Ġesù għażel li jara u jersaq lejn dawk li kienu mwarrba mis-soċjetà, u tahom mhux biss fejqan fiżiku imma wkoll sens ġdid ta’ appartenenza. Din hi l-Bxara t-Tajba: li Ġesù jħobbna bla kundizzjoni u jixtieq ifejjaq il-feriti tagħna. Fri Kevin ħeġġeġ biex kull nisrani isegwi l-eżempju ta’ Kristu billi jħares lejn dawk li huma fil-bżonn u jirrispondi lejhom b’imħabba bla kundizzjoni u b’kompassjoni.
Qabel il-quddiesa, l-Assistent Superjur Ġenerali u Superjur Tonio Callus ħadu sehem f’intervista diretta mal-preżentatriċi Nancy Formosa fil-programm Live mill-Parroċċa fuq RTK103. Id-diskussjoni ffukat fuq l-appostolat tas-Soċjetà, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna, b’mod partikolari fuq il-missjoni tagħha li xxandar il-fidi Kattolika permezz tat-tagħlim u x-xhieda.

