Quddiesa għall-Erwieħ tal-Fidili Mejtin (Malta)
06 November, 2025
Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Novembru 2025, Fr. Kevin Schembri, l-Assistent Ekkleżjastiku għall-Arċidjoċesi ta’ Malta, flimkien ma’ Patri Pawl Gatt O.P., iċċelebraw Quddiesa għall-mistrieħ tal-erwieħ tal-membri, ġenituri, assoċjati, u benefatturi, partikolarment dawk li mietu bejn Novembru 2024 u Ottubru 2025. F’Għawdex, Quddiesa bl-istess intenzjonijiet kienet iċċelebrata minn Mons. Lawrence Sciberras, l-Assistent Ekkleżjastiku għad-Djoċesi ta’ Għawdex.
Il-membri li mietu matul dan il-perjodu huma Joseph Vella, Epifanio Farrugia, Vincent Gatt, Anthony Spiteri, Nicholas Bonello, Carmel Xuereb and Paul Piscopo.

Xhieda Permezz tal-Arti u l-Fidi (St Albans)