Premjazzjoni tal-Milied (Ruiru)
16 December, 2025
Is-Sibt 13 ta’ Dicembru 2025 il-qasam ta’ Ruiru organizza l-premjazzjoni tal-Milied għall-Preparatorja, il-Magħżulin, l-Aspiranti u l-Kandidati. L-għada, il-Ħadd 14 ta’ Dicembru, saret il-premjazzjoni għat-tfal kollha li jattendu għall-preparazzjoni tas-Sagramenti, dawk li se jircievu l-Magħmludija, l-Ewwel Tqarbina u l-Grizma tal-Isqof is-sena d-dieħla.
Numru kbir ta’ tfal minn Ruiru ħadu r-rigal tal-Milied skont it-tradizzjoni tas-Soċjetà, li fil-Milied, skont ix-xewqa tal-Fundatur San Ġorġ Preca, it-tfal kollha jirċievu rigal żgħir li jfakkahom fir-rigal il-kbir li tana Alla l-Missier, jiġifieri lil Ġesù Bambin, l-Iben ta’ Alla li sar bniedem.
Ċelebrazzjoni tal-Milied għall-Eks Membri (Malta)