Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju 2025, Preca College f’Korçë, l-Albanija, organizzat iċ-ċerimonja tal-għotji tal-premjijiet lill-istudenti tagħha. Din kienet it-32 ċerimonja minn kemm ilu miftuħ il-kulleġġ. Matul iċ-ċerimonja ġew rikonoxxuti dawk li ħadmu u stinkaw matul is-sena.
Matul iċ-ċerimonja, l-istudenti ħadu sehem b’mod attiv billi għamlu interventi fejn wrew it-talenti sbieħ tagħhom. Is-sindku ta’ Korçë, Sotiraq Filo, u Don Ignazio Bonsignore, kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Marija, kienu preżenti u ppreżentaw il-premjijiet lill-istduenti.
Interessanti ħafna kienet it-tema li ntagħżlet għaċ-ċerimonja ta’ din is-sena, meħuda minn kwotazzjoni ta’ Papa Franġisku: “L-edukazzjoni hi fuq kollox materja ta’ mħabba u responsabbiltà li tigi mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra”. Deo Gratias!